Żagħżugħ ta’ 24 sena tressaq il-qorti akkużat li pparteċipa f’attivitajiet sesswali maż-żewġ minuri u kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku tagħhom.Iż-żagħżugħ mill-Fgura u li jaħdem ġo fabbrika, kien ilu erba’ snin ikollu x’jaqsam mat-tifla ta’ 14-il sena, li llum għandha 18-il sena.
Meta waqfu joħorġu flimkien minħabba argument fuq xi dar, huwa sab tifla oħra u kellu x’jaqsam mat-tifla ta’ 13-il sena.
Bil-pulizija issir taf b’dan il-każ, hekk kif din it-tifla fittxet għajnuna tas-servizz ta’ counselling online fuq is-sit – kellimni.com u tkellmet magħhom.
L-ispettur Joseph Busuttil qal li l-akkużat kien qiegħed iqis il-passi tal-eks tfajla tiegħu. Jipparkja taħt id-dar tagħha u jagħmel affarijiet oħra biex jintimida.
Id-difiża argumentat li dak li ġara fiż-żewġ każi, kien bi qbil bejn l-akkużat u t-tfjaliet.
Filwaqt li l-prosekuzzjoni fehmet dan, argumentat li dan huwa reat. Filwaqt li l-ispettur qal li wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija ra messaġġ ta’ waħda mit-tfajliet fejn qalet lill-akkużat li mhux se tixhed kontrih għax ma tridx tagħmillu ħsara. Dan wara li t-tnejn bagħtitlu messaġġ mimli insulti.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Maġistrat Josette Demicoli ordnat sabiex l-akkużat jinżamm arrestat. Talbet sabiex it-tfajliet jixhdu fis-seduta li jmiss.