Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Imsida ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li dalgħodu kien involut f’inċident ta’ traffiku fit-telgħa ta’ Selmun.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ sitta u nofs ta’ dalgħodu, meta ż-żagħżugħ kien qed isuq vann tal-għamla Toyota u għal xi raġuni tilef il-kontroll u spiċċa fil-karreġġjata opposta, bil-konsegwenza li ħabat ma’ vann ieħor tal-għamla Isuzu.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna liż-żewġ sewwieqa, biż-żagħżugħ jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa.
Minħabba dan l-inċident ingħalqet kareġġjata ta’ din it-triq.