Żagħżugħ t’għoxrin sena itajjar minn karozza fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Sa issa għad m’hiex magħrufa l-kundizzjoni tar-raġel iżda bħalissa qed jirċievi l-kura fl-Isptar Mater Dei. Il-każ seħħ għal ħabta tal-erbgħa meta għal xi raġuni, iż-żagħżugħ Tarxiniż intlaqat minn karozza tat-tip Opel Astra misjuqa minn żagħżugħ ieħor ta’ wieħed u għoxrin sena.
Bil-każ ġew infurmati l-pulizija li qed iwettqu inkjesta.