Żagħżugħ ta’ 23 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa dieħel ġo ħajt fix-Xewkija, Għawdex.
L-inċident seħħ fil-23:30 tas-Sibt filgħaxija fi Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija. Passiġġiera fil-karozza tat-tip Mazda, kien hemm tfajla Ingliża ta’ 18-il sena li toqgħod Għajnsielem.
Irriżulta li s-sewwieq sofra ġrieħi ħfief, u t-tfajla ma sofriet l-ebda ġrieħi.