Żagħżugħ ta’ 23 sena minn Ħal Tarxien tilef ħajtu traġikament wara li sofra xi ġrieħi f’rasu waqt li kien qed jagħmel xogħlijiet f’daru.
Stqarrija tal-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa tat-Tlieta waranofsinhar, fi Triq il-Witja, f’Ħal Tarxien.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Philip Galea Farrugia li ħatar inkjesta, filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbiltà d-dinamika tal-inċident.