Raġel ta’ 24 sena li jgħix f’San Ġiljan inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq mobile u li fuqu kellu pussess aggravat tal-ħaxixa.
Huwa wieġeb li mhux ħati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ il-Ġimgħa meta ż-żagħżugħ, Taljan, allegatament seraq il-mobile u, wara li niggżitu l-kuxjenza, ipprova jirritornah għand sidu.
Ġie spjegat kif is-sid kien għamel rapport u xħin dan mar lura biex itihulu, sab il-Pulizija li għamlu tfittxija fuqu. Kien hawn li sabulu 14-il pakkett ħaxixa.