Jason Micallef ta’ 26 sena minn Ħ’Attard inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li rċieva pakkett bi droga kannabis.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Steven Ryan Micallef u Marshall Mallia spjegat kif il-pulizija interċettat pakkett, li fih kien hemm nofs kilo droga kannabis.
Intqal li l-imputat ġie arrestat hekk kif mar jiġbor dan il-pakkett.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan minħabba li se jixhdu xhieda pajżana.
Intqal ukoll kif l-imputat kiser kundizzjonijiet ta’ erba’ sentenzi ta’ libertà proviżorja u kiser ukoll kundizzjonijiet marbuta ma’ żewġ sentenzi sospiżi.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Monica Vella appellat sabiex jistressqu x-xhieda pajżana mill-iktar fis possibli.