Żagħżugħ mill-Gambja ta’ 26 sena inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga, tard il-Ġimgħa filgħaxija.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-akkużat insatbulu diversi pakketti tad-droga differenti, fosthom kokaina u kannabis. L-arrest seħħ meta żewġ kuntistabbli kienu fuq ronda fi Triq Santu Wistin, u lemħu raġel jitlajja quddiem stabbiliment. Hekk kif avviċinawh, huwa deher jarmi pakkett taħt vettura, irreżista l-arrest, b’konsegwenza li wieħed mill-pulizija sofra ġrieħi ħfief.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żagħżugħ qal li m’għandux residenza u li ġie hawn biex ifittex xogħol. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi.