Mikhail Mansueto ta’ għoxrin sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif id-droga nstabet moħbija fid-dar ta’ ħuh u hu maħsub li l-intenzjoni kienet li tinbiegħ fil-festa ta’ San Publiju tal-Furjana.
Intqal kif Mansueto kif innotat mill-Pulizija waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa, wara r-rebħa ta’ Floriana kontra l-Belt Valletta fil-kampjonat Priemer.
Wara tfittxijiet instabet l-allegat droga fost l-oħrajn f’vazun fid-dar ta’ ħuh.
Intqal kif waqt l-interogazzjoni ammetta li ma jaħdimx u allegatament jbiegħ id-droga biex ikollu xi ħaġa tal-flus.
L-Avukat difensur Franco Debono talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-akkużi ta’ traffikar f’eta daqstant żgħira u anki minħabba biża’ ta’ intralċ tal-provi. Dan hekk kif ħuh jinsab fuq il-police bail.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Lara Lanfranco ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.