Sayfedine Bonavia ta’ 18-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li darab persuna oħra b’sikkina.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Lara Lafranco, iż-żagħżugħ ġie mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-probation.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni li argumentat kif għadhom iridu jixhdu xi persuni.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.