Matul il-lejl, għall-ħabta tat-3:15 ta’ filgħodu, żagħżugħ ta’ 18-il sena, residenti r-Rabat safa’ milqut minn vettura tat-tip BMW 320D.
L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn Paceville minn raġel ta’ 36 sena li joqgħod Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ ta’ 18-il sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.