Żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena mill-Eritrea li ġie arrestat fl-ajruport ilbieraħ fuq suspett li kellu passaport falz, ingħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
L-akkużat deher quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, mixli li għamel użu minn passaport Taljan maħruġ fuq persuna oħra li ngħatat lill-imputat mingħand terza persuna.
Iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll li għamel użu minn dokumenti ta’ identità ta’ persuna oħra u li għamel dikjarazzjoni falza lill-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni f’pajjiżna.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi wara li anki ngħata ħin biex jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu u ġie mwissi li jista’ jispiċċa l-ħabs.