Żagħżugħ ta’ 27 sena mill-Finlandja jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li nstab mitluf minn sensih fil-limiti tal-bajja ta’ Blue Lagoon.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa meta meta ż-żagħżugħ kien qed jgħum iżda sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-ERRC, filwaqt li fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar bosta diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.