Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Kalkara nħeles mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li ffastidja u hedded lil missieru wara argument bejn il-familja.
Nierick Micallef tressaq quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale akkużat li ffastidja lil missieru wara li ċempillu diversi drabi u kkawżalu biża’.
Micallef qed ikun akkużat ukoll li pprova jattakka lil missieru, wara li segwih sal-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla u heddu hemm.
Il-missier mar biex jirrapporta lil ibnu fuq fastidju, meta r-rapport spiċċa f’argument bejn il-missier u l-iben tant li kienu jiġu fl-idejn kieku ma ntervjenewx il-Pulizija u b’Pulizija minnhom spiċċa bl-uniformi mqatta’.
Kawża ta’ dan l-akkużat qed ikun akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, li ġġieled u li uża lingwaġġ mhux xieraq kif ukoll li ma obdiex ordni tal-Pulizija.
Micallef wieġeb mhux ħati bl-avukati tiegħu, Franco Debono u Marion Camilleri talbu għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tilqa’ t-talba b’garanzija personali ta’ €5,000.