Żagħżugħ ta’ 17-il sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet, wara tressaq il-Qorti mixli b’argument f’San Pawl il-Baħar.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li l-allegat ġlieda seħħet fi Triq il-Qawra, f’San Pawl il-Baħar. Ġie spjegat li din l-allegat ġlieda seħħet bejn żewġ persuni u t-tnejn li huma ġew arrestati.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat, bil-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba l-gravita tal-każ u anki minħabba l-intralċ tal-provi. Intqal ukoll li l-imputat ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, fosthom depożitu ta’ €1,000 u anki garanzija ta’ €6,000 u anki jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija.
Id-Difiża talbet ukoll li l-isem tal-imputat ma jixxandarx fil-midja, minħabba li l-imputat għandu taħt it-18-il sena.