Żagħżugħ indarab gravi wara li waqa’ tliet sulari f’xaft fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq San Vinċenz.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Marsaskala, weġġa’ wara li waqa’ madwar 3 sulari ġo xaft waqt li kien qed jagħmel xogħol f’appartament.
Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.