Żagħżugħ ta’ 27 sena mill-Gambja weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Pjazza Bertu Fenech, Ħal Balzan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.