Ġuvni ta’ 21 sena minn Ħal Safi, indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza Jaguar XJ, li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 63 minn Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-assitenza ta’ tim mediku, li aktar ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.