Raġel ta’ 26 sena minn Nepal indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Is-sewwieq għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza tal-għamla Mazda Demio u baqa’ dieħel dieħel ġo ħanut tal-ġojjellerija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ dalgħodu fi Triq Fleur De Lys, Birkirkara.
Il-vittma kien passiġġier fil-karozza, fejn kien hemm ukoll żewġ passiġieri oħra.
Wieħed minnhom sofra xi ġrieħi u ttieħed l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.