Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Santa Venera qed jinżamm arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga, allegatament biex tinbiegħ.
Il-Ħadd filgħodu, waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Triq it-Turisti, f’San Pawl il-Baħar, innotaw tliet żgħażagħ suspettużi u, għaldaqstant, saret tfittxija fuqhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

Fuq wieħed minnhom instabu diversi sustanzi differenti, allegatament droga, miżien elettroniku, madwar €1,100 fi flus kontanti u sikkina kbira. Hu ġie arrestat u eskortat lejn l-Għassa tal-Qawra.