Raġel ta’ 28 sena residenti l-Imġarr waqa’ madwar sular għoli waqt li kien fil-gallarija ta’ residenza privata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu fi Triq il-Ħarruba, l-Imġarr.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.