Żagħżugħ ta’ 20 sena weġgħa gravi wara li waqa’ seba’ sulari mill-irdum ta’ Wied ix-Xoqqa f’Birżebbuġa.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ tilef il-bilanċ u waqa’ minn għoli ta’ madwar 7 sulari mill-irdum għal ġol-baħar.
Il-vittma’ ngħata l-ewwel għajnuna min xi nies li kienu għaddejjin b’dgħajsa fejn tellawh l-art.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex iż-żagħżugħ jingħata l-assistenza medika u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.