Nicky Gauci, żagħżugħ ta’ 20 sena li jgħix l-Isla, ammetta l-akkużi li laqat mara fit-triq bil-mutur u baqa’ sejjer fil-Fgura, il-Ħamis filgħodu.
Iż-żagħżugħ, li nqabad ftit tal-ħin wara l-inċident minn pulizija pajżan, kien qed isuq mingħajr liċenzja tas-sewqan u polza tal-assigurazzjoni.
Huwa wieġeb ħati wkoll għall-akkużi li darab mara b’mod gravi, u li ħarab minn fuq il-post.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest hekk kif sostena li l-akkużat kellu fedina penali mhux mittiefsa u li kkopera mal-pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella laq