Ġuvni ta’ 17-il sena mill-Imtarfa kmieni dalgħodu wieġeb ħati li hedded li se jxerred materjal indiċenti tal-eks sieħba tiegħu. Hu poġġa fuq probation għal sentejn.
Il-Qorti semgħet kif iż-żagħżugħ kien f’relazzjona ma’ tifla ta’ 17-il sena meta t-tfajla ddeċidiet li twaqqaf ir-relazzjoni, il-ġuvni heddidha li se jxerred ritratti tagħha indiċenti onlajn. Ir-ritratti kienu għandu hekk kif it-tfajla kienet bagħtitomlu meta kienu għadhom f’relazzjoni.
Iż-żagħżugħ kien akkużat ukoll li kien fil-pussess ta’ materjal indiċenti u kif ukoll li ħoloq materjal simili.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ordnat li ma jagħmel ebda kuntatt mal-eks sieħba tiegħu.
Peress li l-ġuvni għadu taħt l-età, ma tniżżilx fil-lista tas-‘sex offenders’.