Ġlieda bejn players ta’ żewġ timijiet waqt logħba futbol f’Ħal Għargħur, wasslet biex żagħżugħ ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar iweġġa’ gravi.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi ground tal-football li jinsab fi Triq Stiefnu Zerafa, Ħal Għargħur, ilbieraħ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.