Żagħżugħ Spanjol ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed isuq e-kick scooter fi Triq Dawret San Pawl.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li l-vettura kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.