Raġel ittieħed l-isptar wara li nqaleb fuqu kompressur f’fabbrika tal-ikel fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-5:50 ta’ waranofsinhar fl-inħawi ta’ Bir id-Deheb.
Kelliem tal-Pulizija qal ma’ ONE News li l-inċident seħħ waqt li l-ħaddiem kien qiegħed iċaqlaq kumpressur li spiċċa għeleb għal fuq idu.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku, li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei u anki marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
S’issa l-kundizzjoni tal-vittma għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post marru wkoll membri mill-Korp tal-Pulizija, li għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.