Żagħżugħ ta’ 15-il sena minn Ħ’Attard weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3:30pm fi Triq il-Pitkali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ntlaqat minn mara ta’ 64 sena minn Ħ’Attard.
Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa
kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.