Żagħżugħ ta’ 22 sena li jgħix il-Mosta weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 52 sena li jgħix Ħal Qormi.
Iż-żagħżugħ ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.