Żagħżugħ Svizzeru ta’ 18 -il sena weġġa’ gravi f’inċident li kellu f’St. Peter’s Pool f’Delimara. Dan wara li qabeż minn fuq il-blat u ġie ħażin fil-baħar. L-inċident seħħ ftit wara l-għaxra u nofs ta’ dalgħodu u saħansitra ġew mgħajta l-Forzi Armati ta’ Malta għall-għajnuna. Filfatt iż-żagħżugħ itella’ mill-baħar permezz ta’ ħelikopter ittieħed l-Isptar Mater Dei.