Żagħżugħ mis-Senegal ta’ 24 sena u residenti l-Imsida, weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Salvu Bonanno, San Ġwann.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal xi l-ħdax neqsin kwart ta’ filgħaxija, meta seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Siġġiewi u mutur misjuq mill-vittma.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.