Żagħżugħ mill-Gambia ta’ 22 sena weġġa’ gravi wara argument, fejn allegatament qala’ daqqa permezz ta’ oġġett iebes.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu, f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Mikielang Sapiano, f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ hekk kif qam argument bejn raġel ta’ 44 sena li jgħix San Ġwann u ż-żagħżugħ mill-Gambia.
Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.