Żagħżugħ ta’ 22 sena weġġa’ gravi f’ħabta bejn trakk u vann fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ħabta seħħet bejn trakk tal-għamla Iveco misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Għaxaq u vann tal-għamla Toyota Hi Ace misjuq minn raġel ta’ 73 sena residenti l-Qrendi.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien riekeb fil-vann u ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn instab li kien weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin