Żagħżugħ sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ vann fil-Mosta.
L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta fi Triq il-Kostituzzjoni, fil-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena, residenti l-Mellieħa u vann tal-għamla Toyota Townace misjuq minn raġel ta’ 50
sena li joqgħod San Ġwann. Konsegwentement, iż-żewġ vetturi kellhom ukoll impatt ma’ vetturi oħrajn li kienu ipparkjati.
Iż-żewġ sewwieqa kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza minħabba l-ġrieħi li sofrew. Iktar tard, iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ta’ 50 sena sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.