Raġel ta’ 28 sena mill-Latvia sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin ħamsa l-vettura tiegħu tat-tip Honda kienet involuta f’inċident tat-traffiku u ħabtet f’vettura oħra tat-tip Nissan March misjuqa minn mara’ 49 sena li toqgħod tas-Sliema.
L-inċident seħħ fi Vjal ir-Riħan f’San Ġwann u fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.