Raġel sofra ġrieħi gravi f’inċident dalgħodu fl-Imrieħel.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara incident li seħħ fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel.
Minn iktar stħarriġ li sar mill-Pulizija ta’ Ħal Qormi, irriżulta li raġel ta’ 22 sena, residenti San Pawl il-Baħar, safa ferut waqt li kien qiegħed jgħabbi xi ħaxix fuq trakk tax-xogħol li kien ipparkjat. Jidher li għal xi raġuni t-trakk, tat-tip Isuzu Elf, mexa bil-konsegwenza li għadda minn fuq sieq ir-raġel.
Il-vittma ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.