Callym Glenn Michael Hoddy, Ingliż ta’ 25 sena, tressaq il-Qorti b’rabta ma’ serq aggravat.
Hoddy, li ġie Malta f’Diċembru minħabba l-eks sieħba tiegħu, seraq €700 fi flus kontant mingħand mara fil-Belt Valletta fit-3am l-lejl li għadda.
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti misruqa u sikkina mingħajr il-permess neċessarju tal-Pulizija.
Fil-Qorti nstema’ li parti sostanzjali mill-flus misruqa ġiet ritornata filwaqt li kkopera mal-Pulizija.
Id-difiża ssuġġeriet li ż-żagħżugħ kellu jingħata l-libertà kundizzjonata. Madanakollu, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit innotat li l-imputat m’għandux indirizz fis u ma jaħdimx hawn Malta.
Il-Qorti onorat it-talba tal-libertà kundizzjonata u mmultat liż-żgħażugħ mija u għoxrin ewro li qal li se tkun qed tħallashomlu nanntu filwaqt li ordnat l-ikkonfiskar tas-sikkina li nsabet fil-pussess tiegħu.