Tifel ta’ 15-il sena ndarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa fi Triq Sant’ Andrija f’San Ġiljan meta t-tifel qasam it-triq ftit metri ‘l bogħod miż-żebra crossing bil-konsegwenza li ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.