Il-Qorti lliberat liż-żgħażugħ ta’ 25 sena wara li l-esperti maħtura mill-qorti stabilixxew li s-suspett tad-drogi llegali kienu fil-fatt parecetamol.
Agius li kien arrestat f’Ġunju tal-2014 wara li l-pulizija waqfet il-karozza Mercedes li fiha hu kien passiġier, f’Ħal Qormi. Uffiċjal tal-pulizija kien ra liż-żgħażugħ jarmi qratas żgħir b’kontenut issuspettat ta’ drogi barra mit-tieqa tal-karozza.
Agius li kien interrogat mill-pulizija bla assistenza legali, li sa dak iż-żmien kien għadu ma daħalx id-dritt għal assistenza legali waqt l-interogazzjoni. Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, iddeċidiet li twaqqa’ l-akkużi kontra Nathan Agius għal fatt li s-sustanza suspettuża kienet paracetamol kif ukoll id-dikjarazzjoni maħruġa mill-pulizija ġiet iddikjarata invalida.
L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia deheru għal Agius.