Tyrone Sammut, żagħżugħ ta’ 23 sena minn San Pawl il-Baħar, ġie lliberat minn kull akkuża ta’ serq b’rabta ma’ każ li seħħ tmien snin ilu.
Iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti akkużat li f’Ottubru tal-elfejn u disgħa, seraq oġġetti b’valur t’aktar minn elfejn ewro, minn karozza tat-tip Peugeot li kienet ipparkjata fi Triq il-Porzjunkola f’San Pawl il-Baħar.
Fid-dawl li ħadd ma rraporta s-serqa, ħadd ma raha ssir, u m’hemmx provi li l-akkużat wettaq dan l-att, il-Qorti lliberat liż-żagħżugħ minn kull akkuża.