Suldat Iżraeljan li qatel aggressur Palestinjan ferut, liema każ ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna nies, weħel tmintax-il xahar ħabs.
Is-Surġent Elor Azaria, li għandu għoxrin sena, spara f’ras Abdul Fatah al-Sharif ta’ wieħed u għoxrin sena, waqt li dan tal-aħħar kien mixħut mal-art bla ma jiċċaqlaq.
Azaria kien qal lil kollega tiegħu li Sharif, li kien qala daqqiet ta’ sikkina minn suldat ieħor kien “ħaqqu jmut.”
Uffiċjali tal-militar ikkundannaw l-azzjoni tas-suldat filwaqt li oħrajn faħruhom. Dan il-każ qajjem dibattitu fl-Iżrael dwar meta u kif is-suldati jistgħu jużaw il-forsi tagħhom kontra l-agressuri.
Din l-isparatura saret f’wieħed minn numru ta’ attakki, fuq mhedda ta’ ħames xhur, li saru mill-Palestinjani li fihom tilfu ħajjithom 29 Iżraeljan.