Żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Imsida, ġie arrestat kmieni lbieraħ filgħodu wara li fil-pussess tiegħu nstabu numru ta’ qratas b’sustanzi fosthom kokaina, ketamina u MDMA.
Waqt li l-pulizija kienu qedgħdin jagħmlu ronda fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, lemħu persuna b’sigarett f’ħalqu f’wieħed mill-istabbilimenti tad-divertiment.
Meta resqu lejn l-individwu u nfurmawħ li ma jistax isir tipjip fuq ġewwa dan beda jimbotta lill-uffiċjali u jirreżisti l-arrest.
Fi tfittxija li saret fuq ir-raġel instabu 21 qartas b’sustanzi varji allegatament droga, filwaqt li minn aktar tfittxijiet li twettqu fil-vettura u r-residenza tar-raġel il-Pulizija ġabret ammont ta’ oġġetti relatati mal-bejgħ ta’ droga.
Ir-raġel ġie arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.