Iż-żagħżugħ Charles Buttigieg bħalissa jinsab fl-Istati Uniti hekk kif qed ikompli jwettaq il-ħolma tiegħu bħala Baritonu.
Dan hekk kif illum għandu audition importanti f’Philadelphia Pennsylvania.Charles hu ġuvni ta’ 18-il sena minn Għajnsielem f’Għawdex u li għandu vuċi mill-isbaħ – vuċi klassika ta’ Baritonu.
F’messaġġ fuq Facebook, hu rringrazzja lil kull min qed jagħtih l-appoġġ, lill-Maestro Jack Livigni, lill-għalliema tal-kant Juliette Bisazza u lill-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja talli sponsorjawh għal din l-opportunita’ mill-isbaħ.
It-tenur Joseph Calleja kien sostna li Charles għandu vuċi tad-deheb li meta jħares lejh ifakkru ħafna f’meta hu kien għadu ta’ dik l-età.