Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u għoxrin ta’ waranofsinhar, seħħ inċident stradali fi Triq ir-Rabat kantuniera ma’ Triq Ta’ Xħajma, in-Nadur, Għawdex.
Għawdxi ta’ 19-il sena, residenti r-Rabat, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u kellu impatt ma’ ħajt.
Fuq il-post issejjaħ team mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu sabiex iż-żagħżugħ seta’ jinħareġ mill-vettura. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura. Iktar tard, huwa nġieb fl-Isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.