Albaniż ta’ 22 sena residenti Ħal Tarxien, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li ntlaqat minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena miż-Żejtun.
L-inċident seħħ għal xi s-sitta u nofs ta’ dalgħodu , fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Albaniż ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.