Żagħżugħ mill-Kolombja ta’ 24 sena residenti Pembroke jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura li bagħet sejra.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li fis-sitta ta’ dalgħodu ġiet infurmata mill-Isptar Matet Dei li kien iddaħħal raġel l-isptar għax weġġa’ f’inċident fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li l-inċident seħħ lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija meta ż-żagħżugħ kien qed isuq rota fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Huwa mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn minn hemm ittieħed permezz t’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei u kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.