Ingliż ta’ 25 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien qiegħed isuq quad bike u nqaleb.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Blata, f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-pulizija u anki tim mediku. B’dawn tal-aħħar ħadu lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
B’dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.