Raġel ta’ 26 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu l-mewt wara li nqabad bejn gaffa u trakk tal-għamla DAF fi Triq Mikielang Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident jidher li seħħ fit-8:30 ta’ dalgħodu meta r-raġel prova jċaqlaq iż-żewġ inġenji.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar Mater Dei taw l-ewwel għajnuna lill-vittma qabel ma ttieħed l-isptar għal iżjed kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.