Taljan ta’ ħamsa u għoxrin sena li joqgħod il-Gżira, jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li tilef il-kontroll tar-rota li kien qed isuq, b’konsegwenza li waqa’ u ħabat f’siġra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, fi Triq is-Saqqajja, ir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea li ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.