Żagħżugħ ta’ 21 sena mis-Siġġiewi jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.
Miegħu kien hemm żagħżugħa ta’ 19-il sena miż-Żurrieq li l-kundizzjoni tagħha għadha pendenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tal-Ħadd waranofsinhar, meta seħħet ħabra bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 42 sena mir-Rabat u mutur misjuq miż-żagħżugħ u riekba miegħu kien hemm it-tfajla.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Għal dan il-każ infetħet inkjesta filqawt li l-investigazzjonijiet tal Pulizija għadhom għaddejjin.